Discover millions of ebooks, audiobooks, and so much more with a free trial

Only $11.99/month after trial. Cancel anytime.

Little Rock Motel: Erbat Irjieħ: Little Rock Motel, #1
Little Rock Motel: Erbat Irjieħ: Little Rock Motel, #1
Little Rock Motel: Erbat Irjieħ: Little Rock Motel, #1
Ebook133 pages

Little Rock Motel: Erbat Irjieħ: Little Rock Motel, #1

Rating: 0 out of 5 stars

()

Read preview

About this ebook

Sensiela miktuba minn ħames awturi.

 

Madwar l-Amerika ta' Fuq, erba' gruppi qed jivvjaġġaw mat-toroq tal-pajjiż altru bħala parti minn esperiment stramb, dokumentarju li ma jistax jintemm, riunjoni mwegħda jew ħarba minn passat imtappan mill-gideb. 

 

Il-vjaġġi qed iservu bħala punt ta' komunikazzjoni bejn studenti li ma jafux lil xulxin, skop ta' dokumentazzjoni minn għajnejn ta' ġurnalista u l-intervistat tagħha, avventura kważi blasfemika bejn tliet irġiel u orizzont mistur imma li jaf iġib kapitlu ġdid fil-ħajja ta' mara.

 

Sadanittant fl-isfond qed tinġema' maltempata li taf tħassrilhom kollox u tisforzahom jieħdu deċiżjonijiet urġenti…

 

L-ewwel volum fejn tibda l-avventura.  

 

LanguageMaltese
Release dateJun 20, 2024
ISBN9798224909193
Little Rock Motel: Erbat Irjieħ: Little Rock Motel, #1

Related to Little Rock Motel

Titles in the series (1)

View More

Reviews for Little Rock Motel

Rating: 0 out of 5 stars
0 ratings

0 ratings0 reviews

What did you think?

Tap to rate

Review must be at least 10 words

    Book preview

    Little Rock Motel - Joseph Sultana

    Little Rock Motel

    Erbat Irjieħ

    Little Rock Motel: Erbat Irjieħ 2024

    © Tat-Test

    Alexia Xuereb Diacono, Antonella J. Abela, Joseph Sultana, Sonic J. Aquilina, Tanja Cilia

    Dan il-ktieb qed jinbiegħ bil-kundizzjoni li ma jkunx misluf, jerġa’ jinbiegħ jew jingħata b’xejn, f’xi għamla jew oħra ta’ qoxra jew legatura, ħlief kif inhu ppubblikat. L-ebda silta minn dan il-ktieb ma tista’ tkun ippubblikata jew maħruġa b’xi mod jew ieħor fotostatiku, elettroniku, mekkaniku, irrekordjat, diġitali jew streamed mingħajr il-permess bil-miktub tal-editur.

    L-ismijiet, il-karattri u s-sitwazzjonijiet f’dan il-ktieb huma kollha fittizji. Xebh li jista’ jkun hemm ma’ persuni, ħajjin jew mejtin, u sitwazzjonijiet veri huma biss koinċidentali.

    IL-JEDDIJIET KOLLHA MIŻMUMA

    © Produzzjoni:

    Vision+, Antonella J. Abela, Sonic J. Aquilina

    © Tat-Test:

    Alexia Xuereb Diacono, Antonella J. Abela, Joseph Sultana, Sonic J. Aquilina, Tanja Cilia

    Kritiċi:

    Kevin Tant, Malcolm Buttigieg, Mark Anthony Fenech

    Qari tal-provi: Ingrid O’Brien

    © Qoxra: WhizzArt Graphics

    Werrej

    Prologu I

    Prologu II

    Prologu III

    North Carolina State University, Raleigh, Wake County, North Carolina

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Wilmington, New Hanover County, North Carolina

    St Louis South, Missouri

    Brazos St, Austin, Texas

    1

    2

    3

    4

    L-Investigazzjoni

    Lebanon, Wilson County, Tennessee

    1

    2

    3

    4

    5

    Forsyth, Monroe County, Georgia

    1

    2

    3

    4

    5

    Nacogdoches, Texas

    Texarkana, Bowie County, Texas

    L-Investigazzjoni

    Madison Township, St. Francis County, Arkansas

    1

    2

    Dallas, Texas

    Phil Campbell, Alabama

    Beale St, Memphis, Tennessee

    Little Rock, Pulaski County, Arkansas

    1

    2

    3

    4

    L-Investigazzjoni

    Prologu I

    L-investigazzjoni wasslitu s’hawn.

    Ħareġ mill-karozza u mexa lejn id-dar. Fejn kien hemm it-tejp tal-pulizija wera l-beġġ tiegħu lill-uffiċċjali preżenti. Tawh l-aċċess biex jidħol; sadanittant osserva l-ambjent ta’ madwaru.

    ‘Spettur qed jistennewk fil-kantina,’ qallu uffiċjal minnhom li deher wisq entużjażt fuq xogħlu milli suppost.

    Deher ġuvni.

    Kienx għadu jibda? Jew din kinetx l-ewwel xena ta’ krimini tiegħu?

    L-Ispettur Leder mejjel rasu u mexa lejn fejn qallu.

    Id-dar kienet pjuttost maqtugħa imma mhux eżattament fil-periferija. Xejn stramb b’daqshekk, anzi post ideali fejn taħbi xi sigrieti…

    Fuq ġewwa l-attività kienet għaddejja b’ritmu enerġetiku.

    Tal-forensika kienu qishom saru s-sidien il-ġodda: ħadu l-post f’idejhom u tista’ tgħid li kienu ma’ kull rokna. Uħud kienu qed jieħdu kampjuni ġo vażetti żgħar biex dawn jiġu analizzati iżjed fid-dettall fil-laboratorju; oħrajn armati b’kameras apposta kienu mitfugħin jieħdu ritratt wieħed wara l-ieħor.

    Teknikament xejn ġdid, speċjalment f’din il-professjoni… u iżjed u iżjed f’dawn is-sitwazzjonijiet.

    Leder ta daqqa t’għajn malajr lill-kmamar kollha minn fejn għadda. Ma kinetx tidher dar mitluqa u għall-kobor tagħha familja ta’ xi erba’ - jew suq ħamsa - kienu joqogħdu komdi u paxxuti. Però kien jaf li hawnhekk kienet tgħix persuna weħidha, persuna li kellha ħafna x’tirrakontalhom…

    Niżel fil-kantina u hawnhekk kien hawn biss tliet persuni: tnejn oħra tal-forensika u Kyle Macintosh, li kien wieħed mill-Field Agents.

    ‘X’għandna spettur?’ laqgħu b’nofs tbissima.

    ‘Maltemp,’ qallu dan xott xott.

    ‘Aħsiblu mela għax se ssir għasra,’ qallu jurih b’sebgħu ħajt minnhom.

    Leder mejjel rasu jifhmu u fl-istess ħin jersaq eqreb lejh.

    Ritratti u tpinġijiet.

    Ir-ritratti kienu kollha ngassati, minbarra wieħed; it-tpinġijiet kienu aktar sinjali biex jgħaqqdu punt ma’ ieħor.

    ‘Hawn ftit informazzjoni mhux ħażin.’

    ‘Jaf naslu xi mkien biha,’ kompla Macintosh li kien ġa ħa xi noti tagħha.

    Leder ra l-mapep fejn kienu nstabu l-vittmi: kienu l-istess żoni fejn kien ġa mar personalment jinvestiga u li minnhom dan il-każ kiber.

    Reġa’ ħares lejn ir-ritratti u fela l-unika wieħed li ma kienx ingassat.

    ‘Brenda Walsh?’

    Macintosh mejjel rasu.

    Għadu ma ġiex irrapurtat li nstab xi katavru.’

    ‘Pass wieħed ’il quddiem imma l-logħba għadha miftuħa.’

    Leder dar mal-kamra u ra xi affarijiet elettroniċi fuq waħda mill-imwejjed.

    ‘Dan l-apparat li qed naħseb…?’

    ‘Jidher esperiment ġdid, man-numru li ġa rajna minnhom.’

    Leder kemmex xofftejh.

    Prologu II

    Ix-xita kienet nieżla bil-qliel.

    Ħares waħda madwaru.

    Ra quddiemu motel bħall-eluf li ssib mal-Amerika ta’ Fuq kollha. Mhux li jkollu xi lussu ta’ barra minn hawn imma diċenti biżżejjed biex jagħtik ftit mistrieħ jekk ma tridx issuq matul lejla sħiħa, speċjalment waħda bħal din.

    Ħares lejn il-mowbajl, ra l-applikazzjoni li kienet miftuħa quddiemu, u reġa’ għalqu .

    Ħareġ mill-karozza jiġbed haversack warajh.

    Mexa lejn ir-reception fejn ingħata kamra ċentrali kif talab hu.

    Ta daqqa t’għajn ħafifa u ra li kien hemm mill-inqas sitt CCTV cameras: tnejn fuq kull tarf tas-sular ta’ isfel; tnejn oħra fuq kull tarf tas-sular ta’ fuq; waħda eżatt mal-bieb tar-reception; u oħra tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod minnha għal fuq il-parkeġġ kollu.

    Mgħammar sew donnu.

    Poġġa l-haversack li fuqu kellu tikketta Harvey fuq is-sodda ta’ ġewwa nett u hu ntefa’ mimdud fuq is-sodda ta’ ħdejn il-bieb.

    Ma kellux għalfejn iħares lejn l-arloġġ għax kien ġa jaf xħin hu.

    Fettillu jixgħel it-televiżjoni.

    Għadu kmieni għall-ispettaklu. Nispera li l-udjenza tkun numeruża.

    Prologu III

    Qamet b’ħasda.

    Il-kamra din id-darba kienet ħarira akbar minn dik ta’ qabilha.

    Stenna waħda… dan qed nara sew?

    Idejha kienu... ħielsa.

    Demgħa qabżitilha minn għajnejha hekk kif messet il-poloz biex tagħmel fiċ-ċert li mhux toħlom.

    Owkej, kienet għadha magħluqa u priġuniera f’post differenti… imma għal xi raġuni kienet ħielsa.

    Ħadet l-opportunità biex tara l-post madwarha.

    Kamra bla tieqa, ħajt b’xi ritratti, arloġġ maġenbhom, bieb li aktarx kien imsakkar u…

    Teptpet għajnejha darbtejn.

    Kien hemm mejda, b’telefown fuqha.

    Dan x’inhu jagħmel hawn?

    Resqet lejh u rat karta. Qrat il-messaġġ.

    Għall-ewwel ma fehmitux, imma mbagħad għadda ħsieb ikrah minn rasha u bdiet taqbad art x’kien qed jiġri.

    L-ewwel sinjal kienet rogħda qawwija li fi ftit sekondi nbidlet fi twerżiqa tal-biża’.

    Marret tiġri fejn il-bieb u mit-tieqa ċkejkna li kien fih rat dak li qatt ma stenniet f’mitt sena.

    Inġibdet lura mill-bieb u għafset idejha ma’ wiċċha, rasha, xagħarha u reġgħet ma’ wiċċha.

    ‘Le ma jistax ikun, ma jistax ikun! Għala?!’

    Imbagħad bil-paniku li kellha fuqha marret tara r-ritratti.

    Ma kinetx taf eżatt fejn jiġi l-post biss l-indikazzjoni kienet ċarissima.

    Ma felħitx aktar u niżlet għarkupptejha fejn infaqgħet tibki u tixher.

    North Carolina State University,

    Raleigh,

    Wake County,

    North Carolina

    1

    Ġurnata wara li s-sottomissjonijiet ingħalqu ttellgħu bil-polza tmien ismijiet. Il-persuni li ntgħażlu kważi kollha kienu stranġieri għal xulxin.

    Hekk kif saret l-għażla ntbagħat messaġġ lil dawn l-istudenti fejn avżawhom li kellhom jiltaqgħu flimkien biex, apparti li jsiru jafu lil xulxin, jingħatawlhom iżjed dettalji fuq dan il-proġett partikolari.

    Għal dakinhar tal-laqgħa Isabelle, tfajla kemxejn mistħija imma pjuttost minn tagħna waslet l-ewwel waħda. Minn dejjem kienet taħsiblu minn ħafna qabel għax kienet tobgħod tidħol fit-tard u tħalli lil min jistennieha. Kienet teċita ruħha mix-xejn, speċjalment meta jinqalgħu avventuri ta’ dan it-tip, u għaldaqstant tgħidx kemm ħassitha fuq ix-xwiek!

    Il-kamra kienet battala għalhekk qabdet u ntefgħet fuq l-ewwel siġġu li sabet.

    Ftit wara waslet Claudia, b’takkuna daqsiex, b’wiċċha kollu mpitter. Kienet tidher tfajla mkabbra, qisha qed tgħidlek: arani u la tmissnix!

    ‘Ħelow inti għall-ġita wkoll hux?’ staqsietha Isabelle, hekk kif ħadet ir-ruħ li sa fl-aħħar kien tfaċċa xi ħadd. Ġieha dubju kinetx fil-post it-tajjeb minkejja li l-messaġġ kien ċar daqs il-kristall li l-kamra kienet dik.

    ‘Iva, ovvja

    Enjoying the preview?
    Page 1 of 1